Join Us On:

News Archive

MILIED IMPENJATTIV GĦALL-KOR PICCOLE STELLE

Il-Kor tat-Tfal tat-Teatru Astra Piccole Stelle bħalissa għaddej minn ħafna preparamenti konnessi mal-attivitajiet tal-Milied.  Fost l-impenji skedati, il-kor ser ikanta llum 14 ta’ Diċembru fil-11am fi Pjazza San Ġorġ waqt il-Christmas Market.  Imbagħad nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru l-istess kor se jkanta fil-Knisja ta’ Santa Margerita ġewwa Sannat waqt il-kunċert tal-Banda Santa Margerita.  Is-Sibt imbagħad, il-kor Piccole Stelle se jieħu sehem waqt is-17 –il edizzjoni tal-Kunċert tal-Milied tal-Chorus Urbanus, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, fit-8pm.  L-għada l-Ħadd, 21 ta’ Diċembru, fl-okkażjoni tal-Istrina, il-kor ser ikanta fil-preżenza tal-President ta’ Malta ġewwa Pjazza Santu Wistin għal xi 7.30pm.  Fl-aħħar nett, nhar il-Ħamis 25 ta’ Diċembru, Jum il-Milied,  il-kor se jagħmel kunċert fi Pjazza San Ġorġ li għalih huwa mistieden kulħadd.  Il-kunċert jibda fit-8pm.  Il-kor Piccole Stelle se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri Cefai, assistita minn Monica M. Parnis.

Minn din il-paġna nawguraw lit-tfal tagħna eżekuzzjoni tajba u naturalment l-isbaħ xewqat f’dawn il-jiem tal-Milied.

Concert Piccole Stelle 2014