Join Us On:

News Archive

L-OPRA FIT-TEATRU ASTRA

 

IMG_3038

Fil-gazzetta lokali L-Orizzont tas-Sibt ġie ippubblikat artiklu dwar l-opra fit-Teatru Astra fejn ittieħdu kummenti minn protagonisti fil-produzzjonijiet li jsiru. Il-Ħadd kellna rappurtaġġ kemm fil-Mument, it-Torċa kif ukoll  f’The Malta Independent.

IMG_3041 IMG_3044 IMG_3045

Intant, bħalissa għaddej xogħol intensiv fid-diversi sezzjonijiet tal-opra  bħalma huma l-kostruzzjoni tas-sett, xogħol fuq il-kostumi, preparazzjoni tal-korijiet, pubblikazzjonijiet u ħafna xogħol loġistiku ieħor.  Jekk Alla jrid din is-sena wkoll se tkun sena ta’ sodisfazzjon kemm fil-produzzjoni tal-La Boheme, kif ukoll fl-attivitajiet l-oħra ta’ Festival Mediterranea.  Żommu ruħħkom aġġornati billi tidħlu fis-sit elettroniku www.mediterranea.com.mt.

(Ritratt: Joe Attard)