Join Us On:

News Archive

L-ISKEMA SOĊJI 2015

Ftit tal-ġimgħat ilu s-Soċjetà Filarmonika La Stella nediet l-iskema Soċji 2015.  Minn din il-paġna nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li wieġbu għas-sejħa li saret u ħallsu l-abbonament tagħhom.  Nistiednu wkoll lil dawk kollha li għadhom ma kkontribwewx biex jibgħatu l-miżata ma’ xi wieħed minn dawn il-membri: Michael Formosa, Frank Schembri, Christian Debono, Manuel Attard u George Formosa.

Huwa biss bis-sostenn tagħkom li nistgħu nkomplu nkabbru l-Festa ta’ San Ġorġ, il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella u t-Teatru Astra.  Is-sostenn tagħkom jagħmlilna wkoll inkoraġġiment biex inkomplu naħdmu aktar matul din is-sena.

Aktar dettalji f’dan il-link.

 

Socji Card 2015 Socji Card 20152