Join Us On:

News Archive

KUNĊERT ANNWALI MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru 2016 il-Banda Ċittadina La Stella se tkun qed ittella l-Kunċert Annwali bħala l-għeluq ta’ Festival Mediterranea 2016.  Il-Kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Vella.  F’dan il-kunċert se jindaqqu biċċiet mużikali varjati li jinkludi arranġament tal-opra AIDA, tal-musical Evita u Malta Rebbieħa, poema sinfoniku għall-banda, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella.  Il-kunċert jibda fit-8pm u d-dħul għalih huwa b’xejn.  Kulħadd huwa mistienden jattendi.

B’hekk Festival Mediterranea 2016, li din is-sena kien il-ħmistax –il edizzjoni, wasal fi tmiemu wara sensiela ta’ attivitajiet kulturali, edukattivi u mużikali, li kienu jinkludu r-rapreżentazzjoni suċċess tal-AIDA ta’ Giuseppe Verdi.  Minn din il-paġna nixtiequ nsellmu l-dawk kollha li ħadmu ħafna matul dawn il-jiem biex l-attivitajiet irnexxew kollha.  Mingħajr is-sostenn ta’ dawn ir-riżultat ma kienx inkun dak li hu.  Huma dawn l-attivitajiet li jibqgħu ikattru u jkabbru s-suċċessi tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u dak kollu fi ħdana, liema soċjetà matul is-snin dejjem għarfet l-importanza tal-kultura f’beltna, fi gżiritna u f’pajjiżna.

Naturalment l-attivitajiet ma jieqfux mal-kunċert tas-Sibt li ġej.  Għandna l-kumplament tal-ħarifa u x-xitwa ppakkjati b’attivitajiet. Ibda billi nsemmu s-sehem tagħna fil-festa tal-Kunċizzjoni ġewwa l-Belt Victoria, n-numru ta’ kunċerti tal-iskejjel fit-teatru tagħna matul il-jiem ta’ Diċembru, it-tnedija tal-Astra School of Musical Theatre li għalija għadom qed jinkitbu t-tfal, il-presepju b’differenza mtella mill-Għaqda Żgħażagħ La Stella u l-produzzjoni tal-musical popolari Evita f’Marzu li ġej.  Għal dan tal-aħħar il-booking huwa miftuħ kemm fit-Teatru Astra kif ukoll online fuq www.ticketline.com.mt

Għalhekk il-preżenza tagħkom fil-kunċert tas-Sibt tkun mhux biss apprezzata imma ta’inkoraġġiment kbir għall-bandisti tagħna, l-kumitat ċentrali, Mro Noel Beck li ta sehemu fit-tħejjija tal-Banda u tas-Surmast Direttur tagħna l-Prof Joseph Vella li għadu ġej minn New York fl-Istati Uniti fejn ġiet esegwita l-Hyland Mass tiegħu b’suċċess kbir f’St Patrick’s Cathedral.

_JMJ6430

(Ritratt: Joe Attard)