Join Us On:

News Archive

JIBDEW IL-ĦAMISIJIET TA’ SAN ĠORĠ

Nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju nibdew il-mixja ta’ 9 Ħamisijiet li jwassluna sal-Festa Titulari tal-Patrun tagħna San Ġorġ. Inħeġġu lil kulħadd biex kull nhar ta’ Ħamis tmorru bi ħġarkom għal Quddiesa tas-7.00pm fil-Bażilika. B’hekk biss nkunu qed nagħmlu tħejjija tajba għall-festa f’ġieħ il-patrun maħbub tagħna. Għalhekk nużaw dawn il-mumenti sbieħ biex ngħixu festa spiritwali mill-aqwa.

Intant minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lin-numru kbir ta’ tfal fil-parroċċa tagħna li għada se jirċievu l-Griżma tal-Isqof u l-dawk tal-Ewwel Tqarbina l-Ħadd ta’ wara.  Awguri!   IMG_1414a