Join Us On:

News Archive

IS-SOCIETA FILARMONICA NAZIONALE LA VALETTE F’SAN ĠORĠ

Għall-ewwel darba fil-festa ta’ San Ġorġ Martri, Patrun u Protettur ta’ Għawdex, ħadet sehem is-Società Filarmonica Nazionale La Valette.  Is-servizz kien jikkonsisti f’ marċ fi Triq ir-Repubblika u programm fi Pjazza Indipendenza nhar il-Ħadd f’jum il-festa.  Fir-ritratt ta’ hawn isfel tidher delegazzjoni mill-kumitat tal-La Valette u dik tas-Soċjetà Filarmonika La Stella waqt li qed jagħtu tifkira tal-okkażjoni.  Prosit tassew għal din il-parteċipazzjoni li kompliet tkabbar is-sehem tal-baned Maltin u dawk Għawdxin fil-festa tagħna.

IMG_5096