Join Us On:

News Archive

IMĦABBRA T-TIELET RAPPREŻENTAZZJONI TA’ EVITA

It-Teatru Astra għadu kemm ħabbar it-tielet rappreżentazzjoni tal-musical Evita ppjanata għat-2 ta’ April 2017 fit-3.30pm. Dan wara li ġie reġistrat interess inkoraġġanti  f’ dan il-musical  ċelebri ta’  Andrew Lloyd Webber.

It-tielet show tat-2 t’April, flimkien ma dawk ġa skedati fil-25 u 31 ta’ Marzu, u l-ismijiet tal-   atturi prinċipali ġew imħabbra waqt konferenza stampa f’ St James Cavalier il-Belt Valletta fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dott. Anton Refalo. Il-konferenza giet indirizzata ukoll is-Surmast Sigmund Mifsud, direttur mużikali ta’ Evita, Chris Gatt u Jean Marc Cafà,       diretturi artistiċi, u Michael Formosa, ċermen tal-kumitat organizzattiv fit-Teatru Astra.

Il-Ministru Refalo qal li produzzjonijiet ta’ dan il-livell ikomplu jgħinu ekonomikament il-gżirata’ Għawdex li  f’dawn  l-aħħar  snin kellha  numru  rekord ta’ turisti. Il-Ministru Refalo sostna li  Teatru Astra ikkontribwixxa ghal dan is-success, ghaliex qed jaghmel lil Ghawdex aktar atraenti, permezz ta’ l-attivitajiet kulturali ta; livell gholi li jorganizza, fosthom l-opra, l-kuncert    RockAstra u mis-sena li għaddiet il-musicals.  Xhieda oħra ta’ dan is-suċċess huwa l fatt li ser  ssir it tielet rappreżentazzjoni ta’ Evita. Huwa kkonkluda billi feraħ lit-Teatru Astra u n-numru  kbir ta’  voluntiera involuti f din il-produzzjoni.

Is-Surmast Mifsud  irrefera għall-opportunità   li produzzjoni  bħal   Evita qed tagħti  lil  dawk  interessati jkollhom esperjenza fil-qasam tal-musicals.  Huwa faħħar dawn l-inizjattivi ambizzj-użi li jevokaw l-produzzjonijiet popolari tal-West End u Broadway. Mro Mifsud semma li għal dan il-musical se jikludi  cast  ċelebri u ta’ esperjenza li jikludi lil Cathy  Lawlor fil-parti ta’ Evita, Edward Mercieca li ser jinterpreta il-karattru ta’ Peron u Joseph Zammit fil-parti ta’ Che.

Michael Formosa, Segretarju Amministrattiv tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, sostna t-TeatruAstra hu inkoraġġġit mir-rispons tal-pubbliku għal Evita, li jikkonferma l-kontribut imporanti li s-Soċjeta Filarmonika La Stella qed taghmel fil-qasam kulturali ta’ pajjiżna. L-esperjenza  pożittiva tal-musical Grease, l-ewwel musical live li ttella fit-Teatru Astra f’April tal-2016,  wassal biex twaqqfet l-Astra School of Musical Theatre, immexxija minn għalliema professjon-ali, li jħarrġu lill-istudenti fil-ħiliet taż-żfin, kant u reċtar.  Is- Sur Formosa  spiċċa  billi  rringrazzja l-Ministeru għal Għawdex u l-azjendi privati li qed joffru għajnua lil din il-produzzjoni,  li sejjħilha bħala investiment fil-qasam kulturali u kummerċjali ta’ pajjizna.

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra b’Grease, id-direttur artistiku Chris Gatt esprima s-sodisfazzjoni tiegħu u l-isfida li produzzjoni bħal din iġġib magħha.  It-Teatru Astra huwa post ideali għal   produzzjoni epika bħal Evita.  Gatt huwa kuntent ferm li din  is-sena  l-musical  se jkun  qed     jagħmel użu mill-esperjenza u kapacita li għandu dan it-teatru fil-qasam operistiku, bl-użu ta’  kor  kbir. Huwa kkonkluda li huwa impressjonat bl-impenn, l-entużjażmu u d-dedikazzjoni tat- tim ta’ Teatru Astra li flimkien mal-esperjenza tat-trio magħmul minn Edward Mercieca, CathyLawlor u Joseph Zammit, għandom jiggaranixxu serata mill-aqwa.

MAT_2381

Evita hija produzzjoni tat-Teatru Astra u l-Għaqda  tal-Armar  tal-Festa ta’ San Ġorġ  bis-support  ta’ Studio 18 u l-Ministeru għal Għawdex. Evita se jsir nhar il 25 u 31 ta’ Marzu fit-20:00 u fit-2 t’April 2917 fit- 15:30. Dan il-musical għandu s-support ukoll tal-Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex, is-Segretarjat Parlamentari Għad-Drittijjiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità   Attiva, il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria, Quaint Boutique Hotels, The General Softdrinks Co Ltd u Izibet.

Wieħed jista’ jibbukkja fuq www.ticketline.com.mt jew mit-Teatru Astra jew iċempel fuq   99021591. Aktar informazzjoni fuq [email protected].

A3 Poster Evita - Cathy A3 Poster Evita - Edward

(Press conference photo by Matthew Cutajar) (Title photo by DOI – Kevin Abela)