Join Us On:

News Archive

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX IŻUR IT-TEATRU ASTRA

 

DSC_6727

DSC_6729  DSC_6734 DSC_6743 DSC_6745 DSC_6741

Nhar is-Sibt 9 ta’ Ottubru, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo żar it-Teatru Astra waqt it-tħejjijiet għall-opra tant mistennija Nabucco.  Il-Ministru Refalo ltaqa’ mal-organizzaturi tal-opra u Festival Mediterranea, kif ukoll mad-diversi kantanti u nies oħra nvoluti fil-kostruzzjoni tas-set. Iltaqa’ wkoll mad-direttur artistiku Enrico Stinchelli u mad-direttur mużikali l-Prof. Joseph Vella.

Il-Ministru Refalo wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol li jsir minn tant voluntiera li mingħajrhom kieku l-opra ma tkunx tista’ ssir.  Il-Ministru Refalo tenna li huwa pjaċir tal-Gvern jagħti s-sostenn tiegħu biex attività mużikali bħal din tkun tista’ tittella’.  Dan huwa wkoll importanti biex it-turiżmu f’Għawdex ikollu attivitajiet ta’ ċertu livell matul il-ħarifa.

L-opra Nabucco se ssir nhar it-23 u 25 ta’ Ottubru fit-Teatru Astra.  Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 21550985 or 79256897 jew fuq [email protected].

DSC_0039