Join Us On:

News Archive

IL-KAŻIN LA STELLA MŻEJJEN GĦALL-FESTI TAL-MILIED

DSC_0113ED DSC_0114-001 DSC_0103-001

Kull min jidħol fil-Każin La Stella f’dawn il-ġranet jinnota t-tiżjin li hemm fil-foyer kif ukoll mal-faċċata, kif jixraq f’dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied. Dan it-tiżjin qed jigi apprezzat ukoll mill-persuni li qed jattendu għal numru ta’ attivitajiet li ġa saru u li ser isiru f’Diċembru, inkluż  kunċerti ta’ skejjel u spettakkli ta’ żfin fost oħrajn. Il-koordinazzjoni ta’ dan it-tiżjin sar minn Emmanuel Attard u George Camilleri, membri tal-Għaqda tal-Armar Festi San Ġorġ li ħadu din l-inzjattiva u li naturalment ma kinitx biċċa xogħol żgħira. Fil-foyer din is-sena reġgħet intramat l-istatwa ta’ Ġesu Bambin, biċċa xogħol eċċellenti fil-kartapesta ta’ Michael u Adonai Camilleri Cauchi.

DSC_0046

Nhar it-Tnejn, 15 ta’ Diċembru fis-6pm se tibda n-novena tal-Milied ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ. Tkun ħaġa sabieħa li nieħdu t-tfal tagħna għal din il-quddiesa u b’hekk inkunu mhux biss qed nipprepraw ruħħna għal miġja ta’ Ġesu fostna f’kommunità nisranija imma nkunu qed inżommu wkoll t-twelid tal-Ħallieq tagħna fiċ-ċentru ta’ dawn il-festi.

Intant nistednukom iżżuru wkoll Presepju Għawdxi b’differenza fid-dar Leħen il-Belt Victoria organizzat mill-Grupp Żgħażagħ tal-Briju La Stella mill-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru sal-Ħadd 4 ta’ Jannar 2015.

IMG_1589