Join Us On:

News Archive

Il-ĠIMGĦA L-KBIRA

F’dan il-jum għażiż għall-insara kollha madwar id-dinja aħna mitluba ninġabru fis-silenzju nikkontemplaw fuq il-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.  Il-bieraħ filgħaxija, fakkarna l-ġrajja tal-aħħar ċena bil-funzjoni fil-Bażilika ta’ San Ġorġ li bdiet fil-5pm f’xandira diretta fuq TVM.  Dritt wara ħarġet il-Purċissjoni antika, devota u penitenzjali (pre-1788) mill-istess Bażilika, mxandra wkoll diretta fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni.

Fil-purċissjoni ħadu sehem il-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru Ġorġjan immexxi minn Monsinjur Joseph Curmi, Arċipriet, il-Banda Ċittadina La Stella, il-Banda Konti Ruġġieru (tar-Rabat, Malta) u l-Kor Laudate Pueri.  Matul il-purċissjoni l-banda tagħna daqqet numru ta’ marċi funebri mir-repertorju mużikali tagħha, fostom Perche Piangi ta’ Giuseppe Giardini Vella, In Memoriam Joe Grech u In Memoriam Ganni Galea, żewġ kapulavuri tal-Prof Joseph Vella.  Il-Banda Ċittadina La Stella immarċjat quddiem il-Vara l-Kbira bix-xbiha mirakoluża tal-Kurċifiss xogħol fl-injam ta’ Pietru Pawl Azzopardi (1848).

Intant illum ikomplu l-funzjonijiet u l-attivitajiet relatati fostom il-funzjoni fil-Bażilika tagħna fit-3pm, għada s-Sibt fit-8pm u naturalment il-Ħadd filgħodu fil-purċissjoni solenni bi-Kristu Rxoxt, xogħol Alfred Camilleri Cauchi (1997), li tibda fit-8.45am.  Aktar dettalji f’dan il-link.

DSC_0007