Join Us On:

News Archive

IL-FESTA T’TAJBA

DSC_0015

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lil dawk kollha li huma Ġorġjani u ‘l dawk kollha li ingħaqdu magħna f’dawn il-jiem biex jiċċelebraw b’mod eżemplari festa kompluta f’kollox.

Naturalment il-qofol jintlaħaq illejla meta fis-7.00pm jsir il-ħruġ solenni tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari fost il-briju, innijiet u spettaklu fi Pjazza San Ġorġ.  Minn hawn u ftit ieħor jibda wkoll il-Pontifikal ppresedut mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata.  Dritt wara jingħata bidu għall-marċ tant popolari, kif magħruf il-marċ tal-ħdax li fih jieħdu sehem il-baned ta’ San Ġorġ ta’ Ħal-Qormi u ta’ Santa Margerita ta’ Sannat.

Idħlu f’dan il-link għad-dettalji kollha tal-programm tal-ġurnata.

DSC_0042_stitch

 (Ritratti: Mario Casha, Toni Farrugia)