Join Us On:

News Archive

IL-FESTA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL

L-aħħar servizz ta’ qabel il-festa ta’ San Ġorġ hu dak ta’ għada l-Erbgha, 28 ta’ Gunju 2017, ġewwa n-Nadur. Il-Banda Ċittadina La Stella, ġiet mistiedna tagħmel il-marċ ta’ lejliet l-festa flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur.  Il-marċ se jibda fid-9.30pm minn quddiem il-Kazin tal-Banda Mnarja minfejn jibqa sejjer, mat-toroq ewlenin tar-raħal.  Matul il-marċ il-Banda Ċittadina La Stella se ddoqq marċi brijużi mir-repertorju mużikali tagħha.  Għall-festa ta’ San Ġorġ ġewwa l-Belt Victoria, il-Banda Mnarja ġiet mistiedna biex tagħmel programm mużikali ġewwa Pjazza San Ġorġ nhar il-Ħadd 16 ta’ Lulju 2017.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lin-Nadurin kollha fil-festa tagħhom. Viva San Pietru u San Pawl !

19398124_1968883243344982_376000396_n 19433453_1968883256678314_653642450_n