Join Us On:

News Archive

GREASE: PREZZIJIET ORĦOS MATUL FRAR

It-Teatru Astra għadu kif ħabbar li l-prezzijiet għall-musical Grease se jkollom riduzzjoni matul ix-xahar ta’ Frar għal dik li hi msejħa Early Bird Offer.  Il-prezzijiet se jkunu hekk:

  • €25 flok €30 għall-aħjar postijiet fl-auditorium
  • €20 flok €25 għal postijiet ordinarji fl-auditorium
  • Il-prezzijiet fil-gallerija se jkunu €15.

Intant it-tħejjijiet ġa bdew fejn it-tim organizzattiv iltaqa kemmm il-darba biex jibda x-xogħol. Għad hemm ukoll l-applikazzjonijiet miftuħa għal min irid jieħu sehem. L-auditions se jsiru fl-10 ta’ Frar.

Biex wieħed jibbukkja jista’ jċempel fuq 99021591 jew jibgħat fuq [email protected].

A3 Poster