Join Us On:

News Archive

ĠITA FI SQALLIJA MAL-ASTRA TOURS

 

Ragusa

L-Astra Tours qed jorganizzaw ġita ġewwa Sqallija fejn fost ħafna attivitajiet oħra se jkun hemm il-festa ddedikata lil San Ġorġ Martri fil-Katidral tiegħu ġewwa Ragusa.  Il-mawra se tibda mid-29 ta’ Mejju sal-1 ta’ Ġunju 2015 (3 iljieli) fejn minbarra Ragusa se ssir mawra ġewwa Siracusa, Modica kif ukoll Catania.  L-akkomodazzjoni se tkun f’lukanada 3-Star Superior ġewwa Ragusa u se tkun fuq bażi half-board. Il-prezzijiet jibdew minn €325 (Lm139.52) f’kamra ta’ tlieta.  Għal aktar dettalji dwar il-programm wieħed jista’ jikkuntattja lit-Tour Leader, is-Sur Paul M Cassar fuq 21551004 jew 79021033.

IMG_2053 IMG_2052