Join Us On:

News Archive

FESTA TA’ SAN LAWRENZ

Illum Għawdex qed jiċċelebra l-festa ta’ San Lawrenz fil-lokalità li ġġib l-istess isem.  Ġewwa San Lawrenz il-Banda Ċittadina La Stella se tieħu sehem illejla b’marċ li jibda fis-7pm minn Triq it-Torri, bid-daqq tal-Innu l-Kbir u programm fil-pjazza taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella.

B’hekk għal din is-sena il-banda tagħna tkun spiċċat is-servizzi għal dan is-sajf wara bidu ferm impenjattiv.  Tlaqna f’Mejju bil-festa ta’ San Pawl fil-Munxar u bqajna sejrin kważi kull tmiem il-ġimgħa b’xi servizz x’imkien inkluża l-ġimgħa ferm impenjattiva tal-festa ta’ San Ġorġ.

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-festa t’tajba lill-parruċċani ta’ San Lawrenz, patrun martri ieħor li fil-festa tagħna aħna nonoraw ukoll bi’ statwa mill-isbaħ ġewwa Pjazza Indipendenza.  Viva San Lawrenz !

DSC_0020DSC_0022DSC_0024DSC_0026970101_483758345042601_1574627446_n