Join Us On:

News Archive

EVITA “FULLY-BOOKED GHAS-SIBT 25 TA’ MARZU

Hekk kif qed noqorbu ħafna għall-ewwel rappreżentazzjoni ta’ Evita, sewwasew għal nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu, it-Teatru Astra għandu l-pjaċir iħabbar li ma baqax biljetti x’jinbiegħu u ninsabu Fully-Booked.  Baqa’ biss xi biljetti għall-Ġimgħa 31 ta’ Marzu u għall-Ħadd 2 ta’ April 2017.

Il-preparament bħalissa għaddejjin ġmielhom b’attività kontinwa fid-dipartimenti kollha.  Fl-istess ħin il-Banda Ċittadina La Stella għaddejja wkoll bit-tħejjijiet għall-kunċert ta’ żmien il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid.  Il-kunċert se jsir il-Ħamis 6 ta’ April 2017 fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.

Imma l-ewwel impenn se jkun dak ta’ Evita, il-musical ċelebri li żgur se jkompli jibni fuq is-suċċess li għamilna fl-2016 bi Grease.  Min għadu jixtieq jibbukkja għall-Ġimgħa 31 ta’ Marzu jista jidħol fis-sit elettroniku www.ticketonline.com.mt. Għar-rappreżentazzjoni tal-Ħadd 2 t’ April wieħed jista jidħol online jew jixtri l-biljetti mill-Bar tat-Teatru Astra.  Għas-Sibt 25 ta’ Marzu ġentilment nitolbukom ma tikkuntattjawnix aktar għax ninsabu Fully-Booked.

17309662_1476347959055620_1876535790968010197_n