Join Us On:

News Archive

‘EPIC’ FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li ġej fit-Teatru Astra se jinżamm spettaklu ieħor ta żfin mill-iskola tal-mużika The Power House, immexxija minn Melanie Zammit.  L-iskola The Power House hija bbażata fil-Belt Victoria u toffri tagħlim f’diversi dixxiplini artistiċi, b’mod speċjali ż-żfin.  Minn din is-serata se tkun qed tibbenefika wkoll Dar Arka f’Għajnsielem Għawdex, b’hekk l-ispettaklu se jkun qed iservi biex jintlaħaq għan nobbli wkoll.

F’dan l-ispettaklu se jkun hemm varjetà kbira ta’ żfin u kant li jeħduna lura għall-musicals famużi. Ir-repertorju se jkun qed jikkombina żfin modern, klassiku, jazz, Tap u Hip Hop kif ukoll il-kant.  Il-kanzunetti se jkunu jinkludu biċċiet tal-Queen, Little Mix, Sean Paul, Justin Timberlake, Paloma Faith u Sia.  Il-koreografija u l-arranġamenti vokali tħejjew kollha minn Melanie Zammit speċifikament għal dan l-ispettaklu.  Is-serata se tkun maqsuma f’żewġ atti u ddum madwar sagħtejn.

Għal aktar informazzjoni u biljetti wieħed jista’ jċempel fuq 99859691.

Dancer 1 Poster Billboard