Join Us On:

News Archive

ELETT KUMITAT ĠDID GĦAS-SENA 2015/16

FACADE CLEAN

Wara li nhar is-Sibt 14 ta’ Frar saret l-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fejn ingħata rendikont finanzjarju w inqara r-rapport tas-Segretarju Amministrattiv għas-sena 2014, illum saret l-elezzjoni għall-kumitat ġdid għas-sena li ġejja.  Fil-kumitat il-ġdid ġew eletti  membri li kienu hemm is-sena l-oħra kif ukoll numru sabiħ ta’ żgħażagħ li kkontestaw għall-ewwel darba.  Il-lista tal-membri eletti f’ordini alfabetika hija din:

BALLUCCI CHARLIE
BORG GEORGE JOSEPH
CASSAR GEORGE
CASSAR PAUL M
CAUCHI ANTHONY
CREMONA CARMELO
CREMONA GEORGE
DEBONO CHRISTIAN
FORMOSA GEORGE
FORMOSA MICHAEL
MIZZI CHRISTOPHER
SCHEMBRI FRANK
TABONE JOSEPH
ZAMMIT ANTHONY
ZAMMIT MATTHEW

Issa jmiss li jinħatar il-President tas-Soċjetà liema applikazzjoni hija miftuħa għal membri eletti.  L-elezzjoni tal-President il-ġdid se ssir nhar is-Sibt 28 ta’ Frar 2015.  Minn din il-paġna nawguraw lil dawn il-membri u fl-istess ħin nirringrazzjawhom għall-impenn li ħadu biex għat-tnax –il xahar li ġejjin imexxu din is-Soċjetà bl-impenji li għandha matul is-sena.

Fil-jiem li ġejjin se jsir ir-rikording tal-marċi brijużi 2015 biex dritt wara l-banda tibda titħejja għall-attivitajiet marbuta mal-kunċert ta’ mużika sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u s-sehem fil-Ġimgħa Mqaddsa.  U nibqgħu sejrin hekk sal-aħħar tas-sena b’ħafna attivitajiet mużikali, teatrali  u kulturali. Għalhekk filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li servew fil-kumitat preċedenti nawguraw lil dawn il-ġodda ħidma kontinwa biex inkomplu mmexxu ‘l quddiem is-Soċjetà tant għażiża għalina.