Join Us On:

News Archive

DESK DIARY 2016

Ta’ kull sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella tieħu din l-opportunità biex tirringrazzja lil dawk kollha nvoluti fil-produzzjoni tad-Desk Diary 2016. Bħalma sar fis-snin li għaddew nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li rreklamaw fih u li kienu nvoluti fil-preparamenti. Din il-pubblikazzjoni tikkumplimenta xogħol ieħor li jsir matul is-sena, fosthom pubblikazzjonijiet bħal ktieb tal-festa u l-librett tal-opra.  Dan ix-xogħol kien ikoordinat mis-Sur Dolindo Cassar, President Onorarju tas-Soċjetà li ilu jagħmel din il-biċċa xogħol għal ħafna snin.  Id-Desk Diary huwa mimli b’ħafna informazzjoni utli.  Minbarra xi noti qosra dwar is-Soċjetà u dak kollu li huwa marbut magħha, d-djarju jinkludi notamenti fid-dati li jinteressaw lilna l-Ġorġjani u dak kollu li nagħmlu. Grazzi u prosit tassew !

Capture