Join Us On:

News Archive

BBQ B’RISQ L-GĦAQDA TAL-ARMAR

Għalkemm il-festa tagħna ma ilhix ħafna li għaddiet il-ħidma għall-festa tas-sena d-dieħla ġa bdiet.  Filfatt ġa saru diversi BBQs b’risq sezzjonijiet diversi u nhar il-Ħamis 31 t’ Awwissu se jkun hemm ieħor fejn ir-Rook f’Marsalforn.  Jekk it-temp ma jkunx jippermetti se jsir fil-każin.  Biex tibbukkjaw ċemplu fuq 99249236 jew 79539776. Il-preżenza tagħkom tagħmlilna kuraġġ biex inkomplu naħdmu biex nżidu l-armar u nirrestawraw dak li ġa għandna. Dawn huma ħwejjeġ li jibqgħu minn festa għall-oħra u li rridu nħalluhom għal ta’ warajna. L-Għaqda tal-Armar għandha patrimonju ta’ xogħolijiet artistiċi kbar u huwa fid-dover tagħna li nieħu ħsiebu u ntejjbuħ dejjem aktar.

20882594_1650110578367003_8938574787062087780_n