Join Us On:

News Archive

BANDIST TAL-BANDA LA STELLA BĦALA SOLISTA FIL-KUNĊERT TAL-INDIPENDENZA

Is-Socjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq tawgura lis-Sur George Camilleri; wieħed mill-bandisti ewlenin tagħha; għal ħatra tiegħu bħala solista fil-Kunċert ta’ Jum l-Indipendenza, imtella mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Brian Schembri. Kunċert, li matulu, Camilleri se jkun qed jesegwixxi ‘Euphonium Concerto’ f’4 movimenti, kompożizzjoni ta’ Karl Jenkins.

George Camilleri, bandist tal-Banda Ċittadina La Stella għal aktar minn għoxrin sena kif ukoll għalliem tas-sezzjoni tar-ram, deher kemm il-darba jesegwixxi wħud mill-ifjen biċċiet mużikali, akkumpanjat mill-Banda La Stella stess. Infatti, żgur li dan mhux id-debutt tiegħu fix-xena professjonali. Infatti, Camilleri deher kemm il-darba fuq ir-ribalta tat-Teatru Astra, kif ukoll f’Festivals mużikali ta’ livell internazzjonili fosthom il-Festival Mediterranea organizzat mis-Soċjeta Filarmonika La Stella nfisha. Din is-sena wkoll, Camilleri se jerġa jdoqq bħala solista f’kunċert li jifforma parti minn dan l-istess Festival, nhar it-28 t’Ottubru 2016, fil-Kempinski Hotel.

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tawgura lis-Sur Camilleri kull suċċess.

DSC_0079-001

(George Camilleri waqt il-kunċert ta’ Festival Mediterranea 2014)