Join Us On:

News Archive

AFTER JULIET FIT-TEATRU ASTRA

After Juliet - cast alone

Il- Gozo Creative Theatre Club f’kollaborazjoni ma’ Teatru Astra se jtella d-dramm  After Juliet ta’ Sharman Macdonald.

Il-produzzjoni se tkun taħt id-direzzjoni ta’ George Mizzi direttur artistiku tal- Gozo Creative Theatre Club.  Se jieħdu sehem 13 -il attur u dawn jinkludu lil,  Rebecca Scerri bħala Rosaline, Matthias Mercieca bħala Benvolio, Anne Camilleri bħala Alice, Andre’ Refalo bħala Valentine, Clara Sciberras bħala Bianca, Laura Galea bħala Helena, Maria Farrugia bħala Rhona, Lucienne Formosa bħala Livia, Daniela Grillage bħala Angelica, Adrian Portelli bħala Lorenzo, Andre’ Cassar bħala Gianni u Mark Laurence Zammit bħala Petruchio.

After Juliet se jittella fit-Teatru Astra, l-Belt Victoria, Għawdex nhar is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Jannar 2016 fis-7.30pm. Biljetti tad-dħul jiswew €5.00 u jinxtraw qabel id-dħul. L-ispazju huwa wieħed limitat u se jiinbiegħu fuq bażi first-come first-served.