Join Us On:

News Archive

20 SENA MID-DEBUTT TA’ JOSEPH CALLEJA FIT-TEATRU ASTRA

Għat-Teatru Astra u s-Soċjetà Filarmonika La Stella illum huwa anniversarju importanti, għax sewwasew għoxrin sena ilu idebutta fuq il-palk tagħna it-tenur ċelebri Joseph Calleja fl-opra Macbeth fl-eta ta’ 19 -il sena.  Kien l-Prof. Joseph Vella, direttur mużikali tal-istess opra, li fl-1997 ta l-ewwel opportunità lil Joseph Calleja biex jidebutta fuq livell professjonali.

It-tenur Malti stess fakkar dan l-avveniment importanti fil-karriera tiegħu permezz ta’ post fuq il-facebook page tiegħu fejn qal: “Today marks the start of my 20th year of singing professionally in opera. Here I am, at the age of 19, singing on stage for the first time at the Teatru Astra. These 20 years have gone by like a flash!”

Capture

Naturalment dan l-avveniment huwa ta’ importanza kbira għalina għax ikompli jkabbar l-istorja grandjuża tat-Teatru Astra, liema teatru bena isem kemm fil-qasam tal-opra lirika, kif ukoll f’bosta attivitajiet mużikali u kulturali oħra.