Join Us On:

News Archive

EVITA “FULLY-BOOKED GHAS-SIBT 25 TA’ MARZU

Hekk kif qed noqorbu ħafna għall-ewwel rappreżentazzjoni ta’ Evita, sewwasew għal nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu, it-Teatru Astra għandu l-pjaċir iħabbar li ma baqax biljetti x’jinbiegħu u ninsabu Fully-Booked.  Baqa’ biss xi biljetti għall-Ġimgħa 31 ta’ Marzu u għall-Ħadd 2…

Continue reading

SEHEM TAL-ISTILLA FIL-KARNIVAL TA’ GĦAWDEX

Din is-sena, is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħadet sehem fil-Karnival t’Għawdex permezz ta’ danza taż-żgħar, kumpanija taż-żfin tal-kbar u karru tal-karnival jirrapreżenta r-Re tal-Karnival. Id-danza tat-tfal daħlu għaliha l-membri tal-Kor tat-Teatru Astra, il-Piccole Stelle, li kienu taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri…

Continue reading

IMĦABBRA T-TIELET RAPPREŻENTAZZJONI TA’ EVITA

It-Teatru Astra għadu kemm ħabbar it-tielet rappreżentazzjoni tal-musical Evita ppjanata għat-2 ta’ April 2017 fit-3.30pm. Dan wara li ġie reġistrat interess inkoraġġanti  f’ dan il-musical  ċelebri ta’  Andrew Lloyd Webber. It-tielet show tat-2 t’April, flimkien ma dawk ġa skedati fil-25…

Continue reading

ĦIDMA MA’ TAQTA QATT

Dalgħodu l-Banda Ċittadina La Stella irrekordjat sett ġdid ta’ marċi brijużi għas-sajf li ġej.  Dan il-sett se jindaqq għall-ewwel darba nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa tal-festa waqt id-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel.  Għal darba oħra s-sett jinkludi varjazzjoni sabiħa ta’ kompożituri…

Continue reading

KUMITAT ĠENERALI ĠDID

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar 2017, saret il-laqgħa ġenerali annwali fejn sar rapport dettaljat tas-Segretarju Amministrattiv is-Sur Michael Formosa, ingħata rendikont finanzjarju mis-Sur Joseph Tabone, Kontrollur Finanzjarju tas-Soċjetà, u inqara r-rapport tal-awdituri mir-rappreżentant tal-PKF Malta (Kumpanija internazzjonali tal-Awdituri).  Fl-aħħar tal-laqgħa…

Continue reading

Il-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA FL-ITALJA

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (JRC) organizza ċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Jannar 2017 f’Ispra, fl-Italja. Is-sit Ispra, it-tielet l-akbar tal-Kummissjoni wara Brussel u l-Lussemburgu, jkopri erja ta’ 167 ettaru b’138 binja ta’ akkoljenza u madwar 1850…

Continue reading

TOP CAST FOR EVITA AT TEATRU ASTRA

Teatru Astra has announced the principal cast for the upcoming musical Evita scheduled for this March. Evita follows the tour-de-force experience in Grease last April – the first ever-live musical produced at Teatru Astra. Cathy Lawlor will star in the…

Continue reading

SKEMA SOĊJI 2017

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella mill-ġdid qed tniedi s-sejħa għall-ġbir u t-tiġdid tas-soċji tagħha għal din is-sena.  Bħala soċju, filwaqt li tkun qed tagħti l-kontribut tiegħek fil-ħidma tas-Soċjetà, int tkun ukoll qed tibbenefika minn għadd ta’ inċentivi u opportunitajiet li jinkludu…

Continue reading

IL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA F’ISPRA L-ITALJA

Il-ġimgħa d-dieħla l-Grupp Folkloristiku Astra se jkun qed jipparteċipa fil-inawgurazzjoni tal-Presidenza Maltija fil-JRC Ispra 2017. Il-Grupp Folkloristku Astra jaf il-bidu tiegħu fl-1970 fejn matul is-snin kiseb numru kbir ta’ suċċessi kemm fuq ix-xena lokali kif ukoll dik internazzjonali. Il-Grupp tal-Folk…

Continue reading

DESK DIARY 2017

Għal darba oħra s-Soċjetà Filarmonika La Stella ħejjiet Desk Diary mimli nformazzjoni għas-sena 2017.   Ħajr speċjali jmur lis-Sur Dolindo Cassar li ħa ħsieb din il-biċċa xogħol mhux faċli.  Grazzi wkoll lil dawk n-negozji u entitajiet li rreklamaw f’din il-pubblikazzjoni.  Kopja…

Continue reading

MERĦBA FIL-BELT VICTORIA U L-PARROĊĊA ĠORĠJANA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, flimkien mal-kommunità parrokkjali tagħna, illum qegħda tifraħ u tiċċelebra jum il-pussess tal-arċipretura ta’ Mons. Joseph Curmi.  Aktar kmieni llum, il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella, immexxija mill-kumitat ċentrali, laqgħet lill-Mons. Curmi u l-familjari tiegħu fi Triq…

Continue reading

L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Meta mal-irxiex taqa’ s-sollennità tat-Tnissil migħajr Ħtija tal-Verġni Mqaddsa Marija u jisbaħ il-bnazzi kaħlan tat-8 ta’ Diċembru, it-turija qaddisa tal-verġinità ċelesti tas-sema li tilma’ fl-Immakulata Kunċizzjoni, jiżgħad il-ferħ f’qalb is-Soċjetà Filarmonika La Stella li tagħraf sa minn f’isimha stess, lejn…

Continue reading

MONS. JOSEPH CURMI F’LAQGĦA UFFIĊJALI

Mons. Joseph Curmi, l-Arċipriet ta’ San Ġorġ il-ġdid, illum kellu l-ewwel laqgħa mal-kumitat tat-tmexxija tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-bandisti fi ħdana.  Mons. Curmi ġie milqugħ mill-President tas-Soċjetà s-Sur Paul M Casssar, s-Surmast Direttur l-Prof. Joseph Vella, s-Segretarju Amministrattiv is-Sur…

Continue reading

KUNĊERT ANNWALI MILL-BANDA LA STELLA

Il-bieraħ filgħaxija, il-Banda Ċittadina La Stella tellgħet programm mużikali fit-Teatru Astra, liema appuntament huwa meqjus  mill-aktar importanti fil-kalendarju annwali tagħha. Minkejja t-temp xejn sabiħ li kellna l-bieraħ, folla mdaqqsa attendiet għall-kunċert u l-apprezzament li wriet bl-applawsi fl-aħħar intwera li s-serata…

Continue reading

MITT SENA MILL-MEWT TAL-PERIT PIETRU ATTARD

Il-bieraħ filgħaxija waqt il-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella tnieda l-ktejjeb Il-Perit Pietru Attard (1835-1916) miktub minn bandist tagħna, is-Sur Michael Said.  Il-ktejjeb ġie ppubblikat fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-mewt tal-Perit Pietru Attard, il-fundatur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Il-ktejjeb fih ġabra…

Continue reading

SUĊĊESS GĦALL-PROF. JOSEPH VELLA FI NEW YORK

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ lill-Professur Joseph Vella, surmast direttur tal-banda fi ħdana, għas-suċċess li kiseb ġewwa New York f’dawn l-aħħar jiem bil-kunċert f’ St Patrick’s Cathedral.  Quddiem udjenza ta’ aktar minn elfejn ruħ, in-New York Choral Society flimkien mal-orkestra,…

Continue reading

KUNĊERT ANNWALI MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru 2016 il-Banda Ċittadina La Stella se tkun qed ittella l-Kunċert Annwali bħala l-għeluq ta’ Festival Mediterranea 2016.  Il-Kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Vella.  F’dan il-kunċert se jindaqqu biċċiet mużikali varjati li jinkludi arranġament…

Continue reading

ĦATRA TA’ ARĊIPRIET ĠDID!

Tifraħ is-Soċjetà Filarmonika La Stella bl-aħbar tal-ħatra ta’ Mons. Joseph Curmi, bħala l-Arċipriet il-ġdid għall-Parroċċa ta’ San Ġorġ, tar-Rabat, Għawdex.   Kull tħabbira ta’ arċipretura ġdida tiftaħ beraħ kapitlu ġdid fl-istorja tal-parroċċa Ġorġjana, li l-ktieb tal-ġrajjiet tagħha huwa għani u mimli…

Continue reading

JUM L-IMWIET

Meta l-Knisja mqaddsa tiċċelebra t-tifkira tal-mejtin kollha, kull tieni jum ta’ Novembru ta’ kull sena, hija tistieden lill-fidili tagħha jiftakru fl-għeżież tagħhom li laħqu mietu qabilhom.  Ma huwiex dan il-jum, kiebi u iswed bħalma forsi hemm min jistħajlu u hekk…

Continue reading

SUĊĊESS KBIR BL-OPRA AIDA

It-tielet produzzjoni tal-AIDA mit-Teatru Astra kienet suċċess kbir, kemm ir-rappreżentazzjoni tal-Ħamis li għadda kif ukoll tal-bieraħ filgħaxija. Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir li fid-darbtejn it-Teatru kien ippakkjat bin-nies, anke jekk it-temp ma tantx kien wieħed favorevoli. Is-suċċess mistħoqq huwa frott ta’…

Continue reading

WASLET L-AIDA !

Waslet il-ġimgħa tant mistennija tal-AIDA, il-weekend tal-opra ! Dan l-aħħar ħafna ltagħu ma’ ħolqa-stedina ddur fuq is-siti soċjali, tħajjar lil dak li jkun jara dokumentarju sabiħ dwar l-opri li jsiru fil-Belt tagħna.  Dan id-dokumentarju laqat, il-gosti ta’ ħafna, l-aktar meta…

Continue reading

SKONT SPEĊJALI FUQ IL-BILJETTI GĦALL-ISTUDENTI

 Il-management tat-Teatru Astra f’Għawdex bħas-snin preċedenti qed iniedi skema speċjali li permezz tagħha qed joffri lill-istudenti skont speċjali fuq għadd ta’ biljetti għall-ewwel rapprezentazzjoni ta’ l-opra tant mistennija Aida, li ser tkun qed tinzamm nhar il-Ħamis 27 ta’ Ottubru 2016…

Continue reading

IL-FESTA TAL-ARKANĠLI

Il-festa tal-Arkanġli Mikiel, Rafiel u Grabiel iġġib fi tmiemha l-għomma tas-Sajf.  L-Arkanġli bħal donnhom li jerġgħu ireġġgħu lil kulħadd lejn dak li titlob minnu l-ħajja li jintagħmel fix-xhur xitwin.  Issa li l-iskejjel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom għal tant studenti, jispiċċa…

Continue reading

WARA L-FESTA … L-ĦIDMA TKOMPLI !

Hekk kif is-sajf wasal fl-aħħar parti tiegħu, is-Soċjetà Filarmonika La Stella tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha fid-diversi oqsma li jsawruha. Infatti ftit tal-ġimgħat ilu ġew organizzati diversi BBQs bħala fund-raising kemm mill-Għaqdiet tal-Armar u taż-Żgħażagħ, kif ukoll minn dawk li jieħdu…

Continue reading

GĦAT-TIELET DARBA L-AIDA FIT-TEATRU ASTRA

Qed nirriproduċu rapport li deher fit-Sunday Times of Malta dwar l-opra AIDA li se ssir fit-Teatru Astra nhar il-Hamis 27 u s-Sibt 29 ta’ Ottubru 2016. _____________________________________________________ Teatru Astra has come to mean living up to its promises, delivering opera…

Continue reading

IT-TEATRU ASTRA JHABBAR IL-MUSICAL EVITA

Wara s-suċċess bil-produzzjoni tal-musical Grease, it-Teatru Astra qed jimbarka għall-proġett ferm iktar ambizzjuz,  il-musical Evita, wieħed mill-aktar musicals famużi ta’ Andrew Lloyd Webber u Tim Rice rinomat fost l-oħrjan għas-siltiet  ‘Another Suitcase in Another Hall,’ ‘Oh What A Circus’, ‘The…

Continue reading

FESTA TA’ SAN LAWRENZ

Illum Għawdex qed jiċċelebra l-festa ta’ San Lawrenz fil-lokalità li ġġib l-istess isem.  Ġewwa San Lawrenz il-Banda Ċittadina La Stella se tieħu sehem illejla b’marċ li jibda fis-7pm minn Triq it-Torri, bid-daqq tal-Innu l-Kbir u programm fil-pjazza taħt id-direzzjoni tal-Prof.…

Continue reading

IL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Illum, il-Banda Ċittadina La Stella, tkompli bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf. Wara ġimgħa impenjattiva fil-festi ta’ San Ġorġ Martri tal-Belt Victoria, imiss issa l-festa ta’ Santa Margerita ġewwa Sannat. Is-servizz jikkonsisti f’marċ qasir minn Triq 28 t’ April 1688 sal-pjazza. Wara…

Continue reading

WASAL IL-JUM …

Wasal il-jum tant mistenni, jum li ilna nixxenqu għalih sewwa sew mill-għada tal-festa tas-sena l-oħra, jum fejn ħsibijietna jkun biss fuq ħaġa waħda – San Ġorġ !   Illum is-Sibt lejlet is-solennità għandna programm varjat.  Ġewwa l-Bażilika Mons Isqof Mario Grech…

Continue reading

FIL-QALBA TAL-FESTA !

Illum il-Ħamis, it-tieni jum tat-tridu jkollna d-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ Patrun ta’ Għawdex fejn tispiċċa ġewwa Pjazza Savina b’feature awdjo-viżiv.  Il-jiem li għadom kif għaddew fejn iċċelebrajna bil-kbir id-dimostrazzjonijiet ta’ San Ġorġ (1991) xogħol ta’ Austin Camilleri u l-bieraħ b’…

Continue reading

IL-FESTA WASLET !

Bħalma jixhed it-tiżjin fit-triqat tagħna l-festa waslet ! Din il-ġimgħa jintlaħaq il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-festa titulari ta’beltna f’ġieħ San Ġorġ Martri patrun t’Għawdex. Illum huwa l-aħħar jum tan-Novena tal-2016 li servew ta’preparazzjoni għall-festa fejn uliedna attendew bi ħġarom. Għada jkollna…

Continue reading

1 2 3 29