Join Us On:

BANDA  
L-eqdem ritratt tal-Banda La Stella li jġib id-data tal-4 ta' Frar 1888.

L-eqdem ritratt tal-Banda La Stella li jġib id-data tal-4 ta’ Frar 1888.

 

BandGroupAlone[1]

Il-Banda La Stella mal-kumitat fl-2005

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella dejjem tat kontribut mill-akbar lill-qasam mużikali u kulturali ta’ gżiritna. Matul il-medda tas-snin, il-Banda La Stella tmexxiet minn surmastrijiet ta’ ħila kbira. Fl-1970 din l-għaqda mużikali għaddiet taħt l-idejn kapaċi tal-Prof. Mro Joseph Vella, kif għadha sal-lum. Il-Banda La Stella hija l-ewwel banda Għawdxija li daqqet programmi f’Malta u barra minn Malta. Esegwiet programmi mużikali f’uħud mill-aqwa pjazez tal-Ewropa. Fl-istorja glorjuża tagħha, il-banda tal-Belt Victoria bla dubju għandha rekord ta’ ġrajjiet storiċi li jagħmlulha unur.

Diretturi Muzikali

Il-Banda La Stella barra minn Malta

Kif semmejna, il-Banda La Stella għandha ħafna primati fil-kullana tas-suċċessi tagħha.  Fost dawn hemm dak li kienet l-ewwel banda Għawdxija li daqqet f’Malta kif ukoll barra minn Malta.  Din hija ġabra ta’ mawriet li l-Banda għamlet bejn l-1947 u l-1999.

1947 09 Katanja 02

1) Surmast Giuseppe Giardini Vella – Programm di Gala – Villa Bellini, Katanja, Sqallija, l-Italja – 13 ta’ Settembru 1947. Il-banda ġiet irregalata bi stendard ta’ Katanja mis-sindku tal-belt.

2)  Surmast Anthony Sammut – Programm di Gala – Villa Bellini, Katanja, Sqallija, l-Italja – 4 ta’ Settembru 1948.

3)  Surmast Giuseppe Giardini Vella – Programm di Gala – Piazza Politeana, Palermo, Sqallija, l-Italja – 21 ta’ Awwissu 1949.

1954 08 Katanja 02 (_anni Vella)

4)  Surmast Ġanni Vella – Programm di Gala – Villa Bellini, Katanja, Sqallija, l-Italja – 29 ta’ Awwissu 1954.

1973 08 Firenze 02

5)  Surmast Joseph Vella – Programm di Gala – Piazza della Signoria, Firenze, l-Italja – 31 ta’ Awwissu 1973.   Surmast Joseph Vella – Marċ – Piazza Rotonda, Salerno, l-Italja – 2 ta’ Settembru 1973. Il-banda ġiet irregalata bi stendard ta’ Salerno.

1975 07 28 Piazza Navona, Roma

6)  Surmast Joseph Vella – Programm di Gala – Piazza Navona, Ruma, l-Italja – 28 ta’ Lulju 1975.  Il-banda ġiet irregalata bi stendard ta’ Ruma mis-sindku tal-belt.

1975 07 31 Piazza San Marco, Venezia

Surmast Joseph Vella – Programm di Gala – Piazza San Marco, Venezja, l-Italja – 31 ta’ Lulju 1975.  Il-banda ġiet irregalata bi stendard ta’ Venezja mis-sindku tal-belt.

1977 08 Como (Surmast _anni Vella)

7)  Surmast Ġanni Vella – Programm di Gala – Piazza Cavour, Como, l-Italja – 12 ta’ Awwissu 1977.  Surmast Ġanni Vella – Programm di Gala – Piazza della Riforma, Lugano, l-Isvizzera – 13 ta’ Awwissu 1977.

1989 09 08 Canicattini Bagni 04

8)  Surmast Joseph Vella – Sfilata – Toroq ewlenin ta’ Canicattini Bagni, Sirakuża, Sqallija, l-Italija – 8 ta’ Settembru 1989. Surmast Joseph Vella – Programm – Canicattini Bagni, Sirakuża, Sqallija, l-Italija – 9 ta’ Settembru 1989. Surmast Joseph Vella – Festival – Piazza XX Settembre, Canicattini Bagni, Sirakuża, Sqallija, l-Italja – 10 ta’ Settembru 1989.  Mro Vella mexxa l-banda tal-post fl-eżekuzzjoni tal-kompożizzjoni mużikali tiegħu Jubilo, li kienet rebbħitu t-tieni premju f’dan il-festival is-sena ta’ qabel.

1992 08 _ermanja - G_oti Standard      

9)  Surmast Joseph Vella – Programm di Gala – Piazza America, Eupen, il-Belġju – 28 ta’ Awwissu 1992. Dik il-ġimgħa kien hemm wirja internazzjonali tal-fjuri.     Surmast Joseph Vella – Sfilata kbira – Marktplatz, Adenau, il-Ġermanja – 29 ta’ Awwissu 1992.  Surmast Joseph Vella – Programm fl-okkażjoni tal-elf sena mit-twaqqif tal-belt – Marktplatz, Adenau, il-Ġermanja – 30 ta’ Awwissu 1992. Il-banda ġiet irregalata bi stendard tal-belt mis-sindku ta’ Adenau.

1994 04 Kanada

10)  Surmast Joseph Vella – Marċ u Purċissjoni – Toronto, il-Kanada – 22 ta’ April 1994. Il-banda għamlet marċ tul Dundas Street West flimkien mal-Malta Band.  Meta l-marċ wasal ħdejn Malta Park sar it-tberik tal-istatwa ta’ San Ġorġ li kienet għadha kif ġiet irrestawrata, imbagħad tkompliet purċissjoni bl-istatwa sal-knisja ta’ St Paul’s, fejn il-konċelebrazzjoni solenni tal-festa tmexxiet mill-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, Mons. Salv Borg.  Surmast Joseph Vella – Programm – Mississauga, Toronto, il-Kanada – 23 ta’ April 1994. Il-programm ittella’ waqt Dinner Dance fis-St John’s Lithuanian Hall.

1997 09 Vienna u Praga 02

11)  Surmast Joseph Vella – Marċ u Programm – Vjenna, l-Awstrija – 4 ta’ Settembru 1997. Il-marċ beda minn barra l-kanċell tal-Palazz Schönbrunn u wara sar programm mużikali quddiem l-entratura prinċipali tal-palazz.  Surmast Joseph Vella – Marċ u Programm – Old Town Square, Praga, ir-Repubblika Ċeka – 5 ta’ Settembru 1997.  Il-marċ sar fiċ-ċentru storiku tal-belt ta’ Praga, magħruf bħala l-Golden Cross, u għadda minn Winceslas Square u kompla sejjer sa Old Town Square, fejn il-banda daqqet programm mużikali għad-dell tal-monument grottesk ta’ John Huss.

1999 El Kantaoni

12)  Surmast Joseph Vella – Sfilata tal-Karnival – Sousse, it-Tuneżija – 27 ta’ Frar 1999. Ħadet sehem flimkien mal-banda l-kumpanija taż-żfin tat-Teatru Astra.

 

(Tagħrif dwar il-mawriet barra minn Malta miġbur minn Michael Said u huwa ppubblikat fil-ktieb Festi San Ġorġ 2011)

 

 

Is-Surmastrijiet magħrufa li kellha l-Banda La Stella matul is-snin.

Mro Antonio Buhagiar Mro Antonio Buhagiar 1880 - 1881
Mro Salvatore Grima Mro Salvatore Grima 1881 - 1884
Mro Achille Lanzon Mro Achille Lanzon 1884 - 1885
Mro Giuseppe Borg Mro Giuseppe Borg 1885-1892
Mro Antonio Aguis Mro Antonio Aguis 1892-1901
Mro Alfonso Cinà Mro Alfonso Cinà 1901-1902
Mro Gaetano Grech Mro Gaetano Grech 1902-1905
Mro Kav Alfred Hare Mro Kav Alfred Hare 1905-1922
Mro Gius. Vitaliti (Aġent) Mro Gius. Vitaliti (Aġent) 1923
Mro Giuseppe Grech Mro Giuseppe Grech 1923-1924
Mro Eman. Bartoli (Aġent) Mro Eman. Bartoli (Aġent) 1924
Mro Giuseppe Stivala Mro Giuseppe Stivala 1925-1926
Mro Gius. Giardini Vella Mro Gius. Giardini Vella 1926-1951
Mro Anthony Sammut Mro Anthony Sammut 1948-1949
Mro V.  Ciappara (Aġent) Mro V. Ciappara (Aġent) 1948, 1951
Mro Ganni Vella Mro Ganni Vella 1951-1956, 1968-1970
Mro Angelo Pace Mro Angelo Pace 1956-1958
Mro Edgar Lowell Mro Edgar Lowell 1958-1968
Prof. Mro Joseph Vella Prof. Mro Joseph Vella 1970-