Join Us On:

BANDA  

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella mill-ġdid qed tniedi s-sejħa għall-ġbir u t-tiġdid tas-soċji tagħha għal din is-sena.  Bħala soċju, filwaqt li tkun qed tagħti l-kontribut tiegħek fil-ħidma tas-Soċjetà, int tkun ukoll qed tibbenefika minn għadd ta’ inċentivi u opportunitajiet li jinkludu sussidji, u sehem aktar attiv fis-Soċjetà. Il-pern tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, ovvjament, hija l-banda. Il-Banda Ċittadina La Stella hija bħal mutur li jaħdem sena sħiħa. Is-servizzi tal-banda ma jillimitawx ruħhom biss għall-istaġun tal-festi, meta l-banda tkun mistiedna tagħmel marċi u programmi mużikali fil-festi Għawdxin. Imma dak mhux kollox! Is-Soċjetà La Stella tiffinanzja t-tagħlim tal-mużika lill-alljievi, inkluż ix-xiri tal-istrumenti. Bħala soċju, int tkun qed tgħin fl-ispejjeż kbar li tħabbat wiċċha magħhom is-Soċjetà biex issostni bl-aħjar mod lill-banda billi tixtri strumenti ġodda għall-alljievi tagħha.

IMG_2396
L-attività prinċipali li ilha fdata f’idejn is-Soċjetà sa mill-1882 hija l-organizzazzjoni tal-festi esterni ta’ San Ġorġ, li jiġu ċċelebrati ta’ kull sena fil-ġimgħa li twassal għat-tielet Ħadd ta’ Lulju. Bħala soċju, int tkun qed ittaffi xi ftit jew wisq mill-ispejjeż u l-enerġija li ġġib magħha l-festa ta’ San Ġorġ. It-telf li l-festa tħalli jkollu jiġi ffinanzjat mis-Soċjetà La Stella li għandha dħul risrett ħafna.

Attività kulturali annwali oħra li torganizza s-Soċjetà huwa Festival Mediterranea. Iż-żewġ avvenimenti prinċipali integrati f’dan il-festival huma l-produzzjoni tal-opra, interpretata f’żewġ rappreżentazzjonijiet, u l-kunċert sinfoniku annwali li l-Banda Ċittadina u Dekana La Stella tippreżenta ġewwa t-Teatru Astra. Bħala soċju, int tkun qed tgħin lis-Soċjetà ttellà attività kulturali ta’ livell għoli bħalma huwa Festival Mediterranea.
Barra minn hekk, bħala soċju, int mhux biss tkun qed tagħti kontribut lis-Soċjetà, iżda tkun ukoll qed tiggwadanja fis-Soċjetà! Tkun qed tiggwadanja LEĦEN aktar b’ saħħtu fis-Soċjetà. Tkun qed tiggwadanja SUSSIDJU fuq il-biljetti għal attivitajiet teatrali, kulturali u soċjali organizzati mis-Soċjetà fit-Teatru Astra u l-każin.

Biex tissieħeb bħala Soċju imla’ l-formola li tqassmet mal-bullettin u ibgħatha, flimkien ma’ ċekk ta’ €15.00 (koppja tista’ tħallas €20 għal żewġ persuni), pagabbli lis-Soċjetà Filarmonika La Stella, fl-indirizz Teatru Astra, 9, Triq ir-Repubblika, Victoria, Għawdex. Inkella tista’ tħallas il-miżata lil xi membru tal-Kumitat. Dawn il-formoli jistgħu jingħataw lill-membri tal-Kumitat. Eventwalment tintbagħatlek il-membership card tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.

Benefiċċji

-Tingħata membership card bil-kulur
-Tgawdi minn benefiċċji ntitolati għas-soċji (inkluż skont ta’ 10% fuq kull biljett      ta’attivitajiet fit-Teatru Astra)
-Tiġi mniżżel fil-guest list tas-Soċjetà u tirċievi nvit għall-attivitajiet importanti.
-Skont ta’ 10% fuq il-miżata biex tirreġistra fl-Astra School of Musical Theatre (ASMT)
-Skema ta’ skontijiet fuq l-assigurazzjoni għall-membri tal-Każin Banda La Stella. -Is-Soċjeta Filarmonika La Stella laħqet ftehim ma’ Citadel Insurance, sponsors tal-każin   għal diversi snin, sabiex il-membri tal-Każin Banda La Stella jkunu jistaw jibbenefikaw minn skontijiet speċjali fuq diversi prodotti tal-assigurazzjoni:
12% fuq l-assigurazzjoni tal-karozza*
12% fuq l-assigurazzjoni tad-dar*
12% fuq l-assigurazzjoni tad-dgħajsa*
10% fuq l-assigurazzjoni fuq il-ħajja*
*Termini u kundizzjonijiet japplikaw

Citadel-logo-w_out-tag

 

Agħfas hawn għall-Formola Soċi

Solicit Donations

 

WIEĦED JISTA’ WKOLL JAGĦMEL OFFERTA LIBERA DIRETTAMENT FIL-KONT BANKARJU TAS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA B’DAWN ID-DETTALJI:

Numru tal-Kont Bankarju: 40015442163

IBAN: MT03VALL22013000000040015442163

BIC: VALLMTMT