Join Us On:

BANDA  

DSCN0415closeup

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella hija mibnija fuq tlett pilastri mportanti li sawru l-iżvilupp mużikali, teatrali, kulturali u soċjali tagħha.  Fuq quddiem nett insibu l-Banda Ċittadina u Dekana La Stella, t-Teatru Astra u l-Festa.  L-istorja tas-Soċjetà tagħna tmur lura bosta snin, li matulhom kienet strumentali biex kabbret il-patrimonju mużikali permezz tal-banda tagħha, kabbret l-għarfien teatrali fi gżiritna permezz tat-teatru tagħha u naturalment għożżot b’imħabba kbira l-festa t’Għawdex, il-festa ta’ San Ġorġ li sa minn bosta snin ilu kienet u għadha torganizza għad-unur tal-Patrun u Protettur t’Għawdex San Ġorġ Martri.

Dan kollu jitfa’ responsabbiltà kbira fuqna lkoll; kumitat eżekuttiv, sotto-kumitati, bandisti, partitarji, sostenituri u parruċċani ta’ San Ġorġ.  Responsabbiltà li nkomplu dak li ta’ qabilna ħadmu bis-sħiħ għalih u li llum qed ingawduħ aħna.  Hija responsabbiltà kbira dik li nagħddu lil ta’ warajna dan il-wirt kulturali, soċjali w reliġjuż.

Permezz ta’ dan is-sit elettroniku rinnovat, u li jaf il-bidu tiegħu, fl-2007, nixtiequ nżommukom f’għaqda magħna, fejn wieħed isib kull xorta ta’ nformazzjoni dwar l-attivitajiet li nagħmlu matul is-sena.  Żommu ruħħkom aġġornati bill tidħlu spiss tiċċekkjaw l-aġġornamenti.  Din hija d-dar elettronika tagħna !

Tagħrif Storiku

Permezz tal-kuntratt tal-11 ta’ Jannar 1881, l-Banda La Stella bdiet era ġdida. Hija tagħraf il-bidu tagħha minn bosta snin qabel.  L-involviment tal-banda tagħna fil-ħajja soċjali u ekkleżjali hija dokumentata f’numru ta’ dokumenti u partituri mużikali.

L-eqdem ritratt tal-Banda La Stella li jġib id-data tal-4 ta' Frar 1888.

L-eqdem ritratt tal-Banda La Stella li jġib id-data tal-4 ta’ Frar 1888.

 

La Stella Band 1945

Ir-ritratt tal-banda li jidher kien ittieħed fl-1945 fil-ġnien tal-iskola primarja ta’ Triq Vajringa qabel ma’ ċkien fid-daqs tal-lum minħabba żieda ta’klassijiet.

Naturalment mal-medda taż-żmien il-funzjoni u l-iżvilupp tal-banda ttrasforma ruħu mas-snin.  It-tibdil minn każin għall-ieħor li kellha l-banda, aktar tard tarsformata f’soċjetà, turi li l-poplu tal-Belt Victoria minn dejjem assoċja lilu nnifsu ma’ din l-organizzazzjoni w dejjem fittex post aħjar fejn jiffunzjona.   Il-postijiet li servew bħala każin kienu diversi matul is-snin, sakemm fl-1966 xtrat il-post li llum għandha fit-Triq ewlenija ta’Għawdex, erba’ passi bogħod miċ-ċentru tar-Rabat.  Il-kumpless li nbena bl-għaraq u l-flus ta’ dawk ta’qabilna llum jikkonsisti f’kumpless li jinkorpora fih it-Teatru Astra, swali taż-żfin, swali tal-banda għall-kunċerti, mħażen għall-armar tal-festa, diskoteka u ċentru ta’ amministrazzjoni.

Bini Teatru Dec'1965

Waqt il-bini tat-Teatru Astra fl-1965

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella minn dejjem kellha Presidenti ħabrieka li poġġew l-interessi tas-soċjetà qabel kollox.  Hawnhekk qed nipproduċi lista tal-Presidenti li kellha s-soċjetà tagħna bil-Perit Pietru Attard fuq quddiem nett immarkat bħala l-ewwel President u fundatur.

 

Il-Presidenti tas-Soċjetà Filarmonika 'La Stella'

Il-Perit Pietru Attard P.A. Il-Perit Pietru Attard P.A. 1881 - 1885
L-Avukat Dr. Fortunato Mizzi LL.D L-Avukat Dr. Fortunato Mizzi LL.D 1886 - 1889
Il-Perit Vincenzo Mercieca P.A., C.E. Il-Perit Vincenzo Mercieca P.A., C.E. 1890 - 1903
L-Avukat Dr. Isodoru Xuereb LL.D L-Avukat Dr. Isodoru Xuereb LL.D 1904 - 1913
Is-Sur William G. Millard Is-Sur William G. Millard 1914 - 1921; 1927 - 1929
L-Avukat Dr. Giovanni Bellanti LL.D L-Avukat Dr. Giovanni Bellanti LL.D 1922 - 1923
L-Avukat Dr. Luigi Pace LL.D L-Avukat Dr. Luigi Pace LL.D 1924-1926
Is-Sur Salvu Galea Is-Sur Salvu Galea 1930, 1933, 1947, 1954
L-Avukat Dr. Carmelo Galea LL.D L-Avukat Dr. Carmelo Galea LL.D 1931-1932, 1934-1946, 1948-1953
Is-Sur Gorg Scicluna Is-Sur Gorg Scicluna 1956
Il-Prok. Leg. s-Sur G. Cefai Il-Prok. Leg. s-Sur G. Cefai 1956-1959
It-Tabib Dr. Sunny Galea It-Tabib Dr. Sunny Galea 1960-1965
L-Avukat Dr. Antonio Galea L-Avukat Dr. Antonio Galea 1966-1977
Is-Sur Franco Scicluna Is-Sur Franco Scicluna 1978-1979
Is-Sur George M Cassar Is-Sur George M Cassar 1980-1982
Is-Sur George Attard Is-Sur George Attard 1983-1987
L-Av. Dr. J. Ellis LL.D L-Av. Dr. J. Ellis LL.D 1988-1992, 1994-1998
Is-Sur Paul Cassar Is-Sur Paul Cassar 1993 (Seg. Ġen. 1966-1992), 2014-
Is-Sur Dolindu Cassar Is-Sur Dolindu Cassar 1999-2006
L-Avukat Dr. Joseph Grech LL.D L-Avukat Dr. Joseph Grech LL.D 2006-2010
Is-Sur Paul Zammit Is-Sur Paul Zammit 2010 -2013