Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: June 2011

MINN FESTA GĦAL OĦRA

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-banda kompliet għaddejja bis-servizzi tagħha marbuta mal-istaġun tal-festi: din id-darba fir-raħal tal-Fontana fejn ġiet iċċelebrata l-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. F’din il-festa, li hija għal qalb ħafna l-partitarji tal-Istilla, il-banda tat żewġ servizzi: wieħed lejlet il-festa…

Continue reading

ĠBIR TA’ FONDI GĦALL-FESTA

Għeżież Parruċċani ta’ San Ġorġ u partitarji ta’ l-Istilla,   Fi ftit ġimgħat oħra, ġol-Belt Victoria ser inkunu qed niċċelebraw il-festi li nagħmlu ta’ kull sena lill-Kbir Martri San Ġorġ. Ix-xogħol għal din il-festa, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella…

Continue reading

XAHAR IEĦOR!

Ninsabu xahar biss ‘il bogħod mill-festa ad unur il-patrun ta’ beltna u ta’ gżiritna San Ġorġ Megalmartri. Iva, proprju bħal-lum xahar inkunu lħaqna l-qofol tal-festi kbar li jkunu ilhom għaddejjin għal ġranet sħaħ f’beltna fost ċelebrazzjonijiet liturġiċi; marċi; briju; armar;…

Continue reading

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FL-GĦASRI

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju, il-banda La Stella għal sena oħra ġiet mistiedna biex tagħti s-servizz tagħha fil-festa tal-Corpus iċċelebrata fir-raħal ċkejken tal-Għasri, raħal li huwa marbut sew mas-Soċjeta’ tagħna. Fil-fatt għal din il-festa, il-banda La Stella hija għal numru…

Continue reading

SPETTAKLU TA’ MUŻIKA U KLASSI

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju, ġewwa beltna ġie mfakkar Jum il-belt Victoria, bi programm mużikali mill-banda ċittadina La Stella, fuq inizjattiva tal-kunsill lokali tal-istess belt. Għal darb’oħra, dan il-kunċert mużikali kkonferma l-livell għoli li tippossjedi l-banda La Stella fejn jidħlu…

Continue reading

L-AĦĦAR PREPARAMENTI

Wara l-bidu tal-istaġun tal-festi, u allura tan-numru kbir ta’ impenji marbuta ma’ dan iż-żmien, il-banda La Stella tinsab ikkonċentrata fuq impenn ieħor ferm importanti li huwa l-programm mużikali ta’ nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju, fi Pjazza Indipendenza fl-okkażjoni ta’ Jum…

Continue reading

ERĠAJNA BDEJNA

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fir-raħal tal-Munxar ġiet iċċelebrata l-ewwel festa tas-Sajf, f’ġieħ San Pawl. Proprju f’jum il-festa, il-Ħadd 29 ta’ Mejju, il-banda ċittadina La Stella fetħet l-impenji numerużi tagħha fl-istaġun tal-festi 2011. Is-servizz beda b’marċ qasir qabel il-ħruġ tal-purċissjoni,…

Continue reading