Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: April 2008

JIFTĦU L-FESTI ĊINKWANTENARJI

F’dawn il-jiem, fil-belt Victoria ġie ċċelebrat bl-akbar pompa l-jum liturġiku tal-Patrun ta’ beltna u protettur tal-gżira Għawdxija San Ġorġ Megalomartri – festi li bdew proprju b’velja ta’ talb lejlet il-festa. Din il-velja li għaliha attendiet folla mdaqsa ta’ parruċċani kienet…

Continue reading

JIEM TA’ FESTA

F’dawn il-jiem fil-bażilika tagħna qed jiġu ċċelebrati l-festi f’ġieh Ġesu’ Ewkaristija, magħrufa aħjar magħna bħala l-Kwaranturi Mqaddsa. Iċ-ċelebrazzjonijiet interni marbuta ma’ din il-festa, li hija waħda mill-aktar festi importanti fil-kalendarju tal-parroċċa tagħna, bdew nhar il-Ġimgħa li għadda u jintemmu proprju…

Continue reading

FESTA FAMILJA FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar it-Tnejn 21 t’April fis-7.30pm fi Pjazza San Ġorġ ser tiġi organizzata FESTA FAMILJA – serata ta’ kant, żfin, drama, mużika, ikel u tombli kbar. Din is-serata qed tiġi organizzata biex minnha jinġabru fondi tant meħtieġa b’risq il-festa ta’ San…

Continue reading

ROCK NIGHT FIT-TEATRU ASTRA

Illum il-Ġimgħa, 18 t’April, fil-foyer tat-Teatru Astra ser tiġi mtella’ Rock Night bil-parteċipazzjoni tal-kantant popolari Malti Klinsmann Coleiro u l-band; il-grupp Inner Grey; u numru ta’ DJs lokali. Din ir-Rock Night qed tiġi organizzata fuq inizzjattiva tal-Għaqda tan-Nar San Ġorġ…

Continue reading

IKLA B’RISQ IL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar is-Sibt 19 t’April, l-Għaqda Armar Festi San Ġorġ se torganizza ikla b’risq il-festa Ġorġjana fil-foyer tal-każin ‘La Stella’. Din hija inizzjattiva oħra mill-għaqda ta’ l-armar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ li minnha tiġbor fondi li jgħinu biex ikomplu…

Continue reading

WEBSITE ĠDIDA GĦALL- “FRIENDS OF LA STELLA”

L-għaqda “Friends of La Stella – Canada” għadhom kif bnew website ġdida mimlija informazzjoni u ritratti dwar il-komunità Ġorġjana fil-Kanada. Din il-website li saret fuq inizzjattiva tal-ħabib u benefattur John G. Borg ġiet ‘launched’ ftit tal-jiem ilu. John George Borg…

Continue reading

>> AKTAR RITRATTI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA FIL-BELT VICTORIA

Għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li jżuru dan is-sit, b’mod speċjali ta’ dawn il-bosta dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira qed intellgħu numru sabiħ ta’ ritratti tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u tad-dimostrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt, tal-fotografu Joe Attard. Filwaqt li nirringrazzjaw lis-sur Attard tas-servizz li…

Continue reading

WARA L-FUNEBRI… JIĠU L-BRIJUŻI

Wara li fil-ġimgħat li għaddew il-banda kienet impenjata fil-preparazzjoni tal-marċi fuenbri l-ġodda li ġew imżanżna fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li ħarġet mill-bażilika ta’ San Ġorġ, il-bieraħ il-banda taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Joseph Vella bdiet il-preparazzjoni tal-marċi brijużi. Il-kunċerti preparatorji tal-marċi brijużi…

Continue reading